Il-viżjoni tal-Partit Laburista fis-settur edukattiv speċjalment fejn jidħlu l-iskejjel, kienet riflessa fi żjara li l-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg għamlu fil-Kulleġġ San Nikola Skola Sekondarja Ħad-Dingli.
Skola li bħala parti minn investiment ta’ €55 miljun għal bini ta’ skejjel ġodda u rinovar f’dawk eżistenti, din is-sena skolastika bdiet tilqa’ 320 student u studenta ta’ bejn it-tlettax u s-sittax –il sena.
Kull klassi hija mgħammra b’interactive flat panels, kompjuters moderni, b’arja kkundizzjonata u b’riżorsi relatati mas-suġġetti differenti biex ikunu użati waqt il-lezzjoni.