Permess għal żvilupp ta’ blokk t’appartamenti biswit il-kappella tal-Mensija fil-limiti ta’ San Ġwann ġie rifjutat mill-Awtorità tal-Ippjanar.
L-awtorità għar-riżorsi ambjentali kienet ħarġet ordni ta’ konservazzjoni u avviż ta’ protezzjoni fil-Mensija, limiti ta’ San Ġwann.
Xi ħaġa li ġie rappurtat li l-iżviluppatur talab li tiġi rikunsdirata mill-ERA.
L-iżvilupp propost kien jinkludi t-twaqqigħ ta’ strutturi antiki u minflok ikun hemm parkeġġ, appartamenti fuq ħames sulari u anki pixxini jħarsu fuq Wied Għomor.
Din l-applikazzjoni kienet anki qajmet tħassib serju mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hekk kif l-iżvilupp propost huwa viċin l-Kappella tal-Mensija, li hi unika, mibnija fil-grotta u li tmur lura għas-seklu sittax, kif ukoll it-Torri ta’ Lanzun, wieħed mill-aħħar eżempji ta’ rziezet fortifikati f’Malta.