Il-proġett propost sabiex flok żewġt idjar ikun hemm guest house ta’ tnax-il kamra, biswit Wied Għomor u Wied Ta’ Kalċi f’San Ġiljan, mhux se jkun qed isir wara li ġie rifjutat mill-Kummissjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar b’mod unanimu.
Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li dan l-iżvilupp kien se jżid iżjed it-traffiku u anke jwassal għal nuqqas ta’ parkeġġ f’din iż-żona.
L-Awtorità tal-Ippjanar innutat ukoll kif l-applikant għall-permess ta’ żvilupp naqas milli jipprovdi l-ispazju meħtieġ għall-parkeġġ.