F’konferenza tal-aħbarijiet wara li ajruplan hijacked niżel pajjiżna illum, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif l-awtoritajiet Maltin saru jafu b’sitwazzjoni ta’ hijack. S’issa l-hijackers m’għamlu ebda talba, lanqas għall-ażil politiku.
Qal li l-hijackers kellhom jħallu lill passiġġiera jitilqu jekk riedu jingħataw dak li riedu. Il-hijakcers riedu żewġ negozjaturi Maltin jitilgħu fuq l-ajruplan, iżda din it-talba ġiet miċħuda.
Bħalissa l-FAM qed jagħmlu tfittxija intensiva fuq l-ajruplan, fejn sabet pistola oħra wara li kien niżel kulħadd. Il-hijackers qed jinżammu u l-passiġġiera qed jiġu interrogati.