Id-deputat Nazzjonalista, Toni Bezzina, u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, riedu li s-sentenza fil-każ Toni Bezzina li l-qorti tat nhar it-Tnejn li għadda ma tingħatax.
Dan jikkonferma kemm qed iħossuhom taħt pressjoni bil-fatt li l-qorti ddikjarat li huwa minnu li Bezzina bagħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol fil-każin nazzjonalista taż-żurrieq u wara talabhom jiffirmaw dikjarazzjoni falza.
Kien il-ġimgħa li għaddiet li Toni Bezzina daħħal rikors il-qorti jitlobha biex ma tatix is-sentenza fil-każi li fetaħ kontra l-edituri tal-orizzont u tal-KullĦadd.
Iżda, l-qorti presedeuta mill-Maġistrat Francesco Depasquale m’ aċċettatx dan u f’deċiżjoni qalet li “tosserva li l-kawża ilha differita għas-sentenza u d-dewmien ulterjuri mhux aċċettabbli.”
Innotat ukoll kif Toni Bezzina kien ilu li għalaq il-provi tiegħu.
It-talba biex is-sentenza ma toħroġx kienet instigata mill-fatt li bosta xhur ilu Simon Busuttil kien rabat il-futur ta’ Bezzina mad-deċiżjoni tal-qorti. Filwaqt li kien qal li l-każ kien tfigħ ta’ tajn, Busuttil kien qal li jiddeċiedi la tiddeċiedi l-qorti.