Mumenti ta’ tensjoni li però ntemmu b’wiċċ il-ġid fl-ajruport Fontanarossa f’Catania.
Dan hekk kif f’pakkett postali li kien se jittieħed fuq titjira tal-merkanzija u passiġġieri lejn Ruma fi triqtu lejn l-Amerka, instabet hand grenade, flimkien ma’ ċintorin tal-iskrataċ vojt.
Kien wara li saru l-verifiki li kien ikkonfermat li l-hand grenade ma kinitx perikoluża għalkemm kien għad fiha xi splussiv.
Irriżulta li l-pakkett telaq mill-bażi militari ta’ Sigonella fi Sqallija, minn membru tal-militar li xtaq jibgħat dan il-pakkett lura f’daru fl-Istati Uniti.
Din il-ġrajja, li seħħet fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa waranofsinhar wasslet għas-sospensjoni tal-ħidma mit-terminal sakemm saru l-verifiki meħtieġa.