Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal fil-Parlament li informazzjoni li talab il-membru parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi tmiss il-prinċipju tas-sigriet tal-istruttorja, liema prinċipju hu salvagwardjat b’diversi provvedimenti fil-liġi Maltija.
Azzopardi staqsa kemm-il talba saret fl-2017, lill-Prim Imħallef u/jew lill-Gvern, biex Maġistrat Inkwirenti jingħata l-faċilità u l-mezzi u r-riżorsi biex isiefer barra minn Malta bħala parti minn xi Inkjesta Maġisterjali.
Huwa ried jaf min kien il-Maġistrat u fil-kuntest ta’ liema inkjesta għamel it-talba.
Mingħajr ma semma l-Maġistrat Aaron Bugeja b’ismu, osservaturi ħaduha li l-mistoqsija kien qed tirrreferi għall-każ ‘Egrant’.
Il-Ministru Bonnici qal li meta magistrat jagħmel inkjest kulħadd irid jobdi dak li jordna. Huwa qal li bħala ministru ma jistax jitlob lill-Prim Imħallef tagħrif dwar inkjesta maġisterjali.
Il-ministru ma jkunx jaf lanqas jekk magistrat jitlobx lid-Direttur Ġeneralital-Qorti biex isir isiefer. L-inkjesti huma sigrieti u biex jiġu publikati hemm il-bżonn tal-permess tal-Avukat Ġenerali.
Azzopardi staqsa jekk kienx hemm xi espert tal-qorti li trkeċċa wara li ta l-kontribut tiegħu fl-inkjesta.
Il-Ministru qal li sa fejn jafu hu kien hemm biss impjegata tal-qorti li ferħet fuq Facebook għax il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni u din ngħastat transfer f’sens ta’ serjetà assoluta. Żied jgħid li Magistrat jista’ jaħtar lil min irid bħala espert. Madankollu hemm lista ta’ esperti tal-qorti, nies li għaddew minn għarbiel wara due diligence u vetting mid-Dipartiment tal-Ġustizzja. Il-proċedura sejra tajjeb.