Ridley Scott qal li l-kumment li t-turisti m’għandhomx iżuruna kien wieħed b’sens umoristiku. Id-direttur ta’ Gladiator II qal li Malta hija ġawra fil-Mediterran, waqt li sostna li jħares ’il quddiem li jerġa’ jiġi f’pajjiżna.
Id-direttur internazzjonali bagħat stqarrija lit-Times, wara li kienet hi li rrapportat dwar dan. Aħbar li riekeb fuqha l-Partit Nazzjonalista u l-midja tiegħu.
Mat-Times, Ridley Scott qal li huwa kemm-il darba ġie f’Malta u gawda, fejn fiha ħadem, dar madwar il-pajjiż u raha tinbidel. F’pajjiżna huwa ħadem erba’ films, li huma: White Squall, Gladiator, Gladiator II u Napoleon.
Sir Ridley Scott iddeskriva lil Malta bħala bellezza u li tilqgħek. Tkellem ukoll dwar il-Belt Valletta, li sejħilha bħala post ta’ ispirazzjoni artistika għalih.
Sadanittant, l-attur internazzjonali Russell Crowe kiteb fuq il-midja soċjali, fejn wera ritratt mill-ajru ta’ Dingli Cliffs. Hawnhekk huwa qal li din hija parti mill-kosta Maltija, waqt li huwa wieħed mill-isbaħ postijiet u inkredibbli li wieħed jista’ jżur.
Just going through photos from the past couple years.
— Russell Crowe (@russellcrowe) December 30, 2024
This is part of the coastline of Malta.
One of the most incredible and unique places to visit.
History around every turn.
I love the place. pic.twitter.com/Qh33qShsdM