Richmond Foundation nediet servizz ġdid ta’ saħħa mentali erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Dan is-servizz bl-isem ‘Olli Chat’, se ikun qed jagħti appoġġ online fuq bażi personali.
Permezz ta’ dan is-servizz, persuni li jkunu qed ibatu minn ansjetá, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali, b’mod anonimu, jista’ jirrikorri għall-għajnuna fuq Olli Chat.
Is-servizz online se jkun qed jikkumplimenta l-helpline 1770, li tnieda fuq bażi nazzjonali biex joffri wens tul il-pandemija.
Waqt it-tnedija ta’ dan is-servizz, il-Kap Eżekuttiv, Stefania Dimech Sant, spjegat kif dan is-servizz se jkun qed joffri lok lil kwalinkwe persuna, biex iċemplu għall-għajnuna u hemm se jsibu persuni lesti biex jisimgħu u jwittu t-triq ‘il quddiem.
Dimech Sant spjegat li din il-Fondazzjoni tinsab għaddejja b’ħidma kontinwa biex tneħħi l-istigma fuq il-mard mentali u tgħin lil persuni li jibżgħu jersqu ‘l quddiem.