Transport Malta u l-Malta Road Safety Council xandru riklam ieħor mis-serje ‘Żomm Għajnejk fuq it-Triq’ ilbieraħ filgħaxija.
It-tielet riklam jirrakkonta l-istorja ta’ Richard. Hija l-aħħar ġurnata tax-xogħol tiegħu qabel jirtira. Fi triqtu lejn id-dar, xufier li kien moħħu fil-mobile, jgħaddi fuq l-aħmar u jtajru. Il-familja ta’ Richard qed tistennieh lura d-dar biex tiċċelebra l-irtirar tiegħu.
Transport Malta u l-Malta Road Safety Council jixtiequ jkabbru l-għarfien tal-perikli marbuta ma’ sewqan distratt. Il-messaġġi tal-kampanja qed jidhru fuq it-televiżjoni, fuq is-siti soċjali u r-radjijiet.
Il-kampanja ‘Rispett fit-Triq’ tnediet f’Settembru, iffukat fuq numru ta’ temi u se tkompli tinfirex fuq temi oħra fil-ġimgħat li ġejjin. L-għan huwa li ntejbu l-livell tas-sewqan tagħna u s-sigurta’ fit-toroq.
Transport Malta u l-Malta Road Safety Council fakkru x-xufiera fil-konsekwenzi ta’ sewqan distratt u titlobhom iżommu għajnejhom fuq it-triq.