WasteServ Malta Ltd. qed tappunta lis-Sur Richard Bilocca bħala Kap Eżekuttiv ‘Designate’ tal-kumpanija.
Is-Sur Bilocca mistenni jibda l-inkarigu l-ġdid tiegħu minn nhar it-Tnejn 16 ta’ Marzu. Huwa ser ikun qed iħalli x-xogħol tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Water Services Corporation wara sentejn u nofs ta’ ħidma.
Fl-istqarrija, WasteServ Malta Ltd. irringrazzjat lill-Kap Eżekuttiv uxxenti s-Sur Tonio Montebello għall-ħidma tiegħu tul is-snin.