Riċerkaturi fl-Awstralja sabu li jista’ jiġi prodott konkos li jkun 30% aktar b’saħħtu, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar li tinkludi taħlita ta’ fdalijiet tal-kafè.
Din ir-riċetta ġenjali jaf issolvi diversi problemi li jiffaċċja s-settur, bħall-użu ta’ aktar ramel naturali, waqt li sservi favur l-ambjent peress li jitnaqqas sew tniġġis minn tunnellati ta’ fdalijiet tal-kafè li jintrema regolarment.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kull sena d-dinja tipproduċi madwar għaxar biljun kilogramma ta’ fdalijiet tal-kafè, li qed jispiċċaw fil-miżbliet.
Filwaqt li d-domanda fid-dinja tal-kostruzzjoni dejjem qed tiżdied globalment, hemm ukoll żieda fid-domanda għal materjal b’saħħtu, iżda wkoll sostenibbli u li jħares l-ambjent.