Il-Malta Libraries ħabbret li qed jiġi organizzat avveniment letterarju fil-Librerija Pubblika Ċentrali fi Pjazza San Franġisk f’Victoria, Għawdex, nhar l-Erbgħa 26 ta’ Marzu mill-10.30 sal-11.30 ta’ filgħodu.
Hawnhekk se jsir magħruf iżjed dwar ir-riċerka storika li saret wara r-rumanz bl-isem ‘Death in Valletta’, li jittratta fatti kriminali f’pajjiżna fl-ERA Vittorjana fl-aħħar tas-Seklu 19 miktub minn Lynne Marie Taylor.
L-awtriċi se tkun il-kelliema speċjali fejn se tidħol fid-dettall dwar il-proċess tal-kitba tagħha, l-influwenzi, it-temi ta’ żmien l-era kolonjali, il-faqar u l-korruzzjoni ta’ dak iż-żmien.
Il-preżentazzjoni se ssir bl-Ingliż u l-avveniment hu bla ħlas. Wieħed jista’ jirriserva post billi jibgħat imejl fuq eventsgozo.library@gov.mt.