Iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għas-sigurta nazzjonali u l-Universita ta’ Malta.
Ftehim li ser iwassal biex l-Universita ta’ Malta tagħmel riċerka dwar is-sigurta nazzjonali, il-kriminalita f’Malta u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Permmezz ta’ din ir-riċerka se jitfasslu korsijiet fuq livell ta’ Masters u Ph.D għall-uffiċjali tal-korp tal-pulizija u dawk li għandhom interess joffru servizz lill-korp.
Ir-riċerka se titmexxa minn Gordon Sammut – senior lecturer fl-Universita ta’ Malta.
Sammut ħadem fuq riċerka oħra dwar is-sigurta nazzjonali. Riċerka li irrizultat li f’Malta mhux dejjem għandhom jittieħdu l-stess mizuri tas-sigurta li jittieħdu fuq livell ewropew.
M’għandiex fi zmien fejn inġibu soluzzjonijiet minn barra u jkun tajbin għal pajjizna. Ghalhekk il-bżonn tar-riċerka jikber.
Il-Ministeru għas-sigurta nazzjonali Michael Farrugia qal li l-gvern se jinvesti mija u għoxrin elf ewro kull sena għal tlett snin sħaħ sabiex isir din ir-riċerka. Il-Ministru Michael Farrugia qal:
Mhux biss għal membri tal-pulizija imma anki dawk li għandhom interess joffru servizz lill-korp se jingħataw din l-oportunita.
Il-ftehim mistenni jiġi konkluz fi Frar tal-elfejn wieħed u għoxrin.