L-MCAST qed taħdem fuq progett ta’ tlett snin immirat sabiex letturi tal-MCAST u ħaddiema fid-dipartiment tal-agrikoltura , jingħataw taħriġ biex jaħdmu fuq riċerka , li se tgħin lill-bdiewa għall-uzu tal-ilma. Dan il-proġett qed isir b’fondi ewropej u l-MCAST qed tikkolobara ma sebgħa entitajiet oħra barranin.
L-Ilma huwa essenzjali għall-ħajja.Izda rizorsa tal-ilma qed tibda tkun skarsa. It-tibdil fil-klima qed iwassal għan-nuqqas tax-xita u dan qed iħalli effetti xejn m’huma sbieħ għall-bdiewa , li qed isibuha diffiċli fil-produzzjoni tal-ikel u l-inbid. Dwar dan il-fenomenu tkellimna ma Malcom Borg , D-deputat d-direttur tal-istitut ta’ xjenza applikata u inkarigat mit-tmexxija tad-dipartiment tal- agrikoltura fl-istitut tal-MCAST.
Għaldaqstant , l-MCAST qed taħdem fuq proġett ta’ tlett snin immirat sabiex jitħarġu letturi tal-MCAST u uffiċjali fid-dipartiment tal-agrikoltura.Taħriġ li se jsir ukoll minn esperti barranin. Wara dan it-taħriġ , eventwalment isiru esperti u jkun jistgħu jaħdmu fuq riċerka dwar l-uzu tal-ilma fl-agrikoltura.Riċerka li se tkun qed toffri s-soluzzjonijiet aħjar lill-bdiewa , dwar kif se juzaw l-ilma.
L-MCAST ingħatat mad-disa mija u sittin elf ewro f’fondi ewropej sabiex twettaq dan il-proġett.
Fuq dan il-proġett , l-MCAST qed tikkolabora ma’ seba entitajiet oħra barranin bħal Cranfield University fir-Renju Unit u Polytechnic University of Catalunya fis-Spanja.
Aktar minhekk Malcom Borg spjega kif bħala parti mill-proġett ser isir Summer School bejn l-erba u sebgħa ta’ Settembru , dwar l-uzu tal-ilma li għaliha jistgħa jattendi kulħadd.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist awgura lill-MCAST għal dan il-proġett importanti . Spjega kif il-pass li jmiss , li jrid isir bil-kollaborazzjoni ta’ kulħadd huwa li r-riċerka li tinkiseb tmur direttament għand il-bdiewa , permezz ta’ programm ta’ Edukazzjoni tul il-ħajja għall-bdiewa.