Matul il-jum, tim internazzjonali ta’ prosekuturi ppubblikaw is-sejbiet tagħhom b’rabta mat-twaqqigħ tat-titjira MH17 fuq il-Lvant tal-Ukrajna fl-2014.
It-tim immexxi mill-Olandiżi kkonkluda li l-missila li laqtet lill-ajruplan kienet sparata mit-territorju kkontrollat mir-ribelli Russi.
Min-naħa tagħha, r-Russja kkontestat dikjarazzjonijiet li l-missili kienu sparati minn ribelli fil-Lvant tal-Ukrajna. L-investigazzjonijiet huma maħsuba biex iħejju t-triq għal proċess kriminali iżda s-suspettati mhux se jkunu msemmija.
Intant, it-titjira kienet telqet minn Amsterdam fi triqitha għal Kuala Lampur meta ġara dan il-każ li konsegwentament ħalla l-298 persuna abbord, lkoll mejta.