Multa ta’ €1,500 li kien weħel kaċċatur dwar kaċċa llegali ġiet revokata fil-Qorti tal-Appell Kriminali.
L-Imħallef, Consuelo Scerri Herrera, irrevokat il-kundanna ta’ Jesmond Saliba, li kien ingħata mill-Qorti tal-Maġistrati fuq akkużi li fl-2020 kien ikkaċċja meta l-istaġun tal-kaċċa kien magħluq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Imħallef esprimiet diżappunt kbir għall-fatt li xhieda importanti, inkluż il-voluntiera tal-CABS, ma tressqux biex jixhdu quddiem il-Qorti.