Is-servizz pubbliku se jimbarka fuq proċess biex ir-regolamenti tad-dixxiplina jiġu riveduti.
Dawn jirregolaw il-proċess li bih Kap ta’ Dipartiment għandu jimxi meta jkun hemm nuqqas minn uffiċjal pubbliku. L-iskop hu li dejjem jiġu prottetti d-drittijiet tal ħaddiema, mingħajr ma tittnaqqas il-kontabilità tagħhom.
L-għan ta’ dan l-eżerċizzju hu li jkun identifikat aktar simplifikazzjoni tal-proċessi fis-servizz pubbliku.
Ħabbar dan is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana, waqt laqgħa li kellu mal-membri tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Kienet il-Kummissjoni stess li saħqet dwar l-importanza ta’ dawn ir-reviżjonijiet. L-aħħar reviżjoni saret fl-2017.
Ir-riżultat tal-eżerċizzju għandu jwassal għal strument leġiżlattiv ġdid, li se jiġi abbozzat flimkien mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat.