Dalgħodu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru twasslet ittra li l-indirizz fuqha kien: Kasco Ltd, Bulebel. Dan ikkonfermah l-Uffiċju tal-Prim Ministru fi stqarrija.
Rappreżentanti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b’mod ġentili, qalu lill-messaġġier li kien qed iwassal l-ittra fl-indirizz żbaljat minħabba li dan huwa l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mhux l-indirizz indikat fuq l-envelopp.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinforma lill-Kap tal-Oppożizzjoni illi huwa ma jirċivix korrispondenza f’isem terzi li magħhom il-Partit Nazzjonalista għandu relazzjoni kummerċjali.