Minn tal-anqas tlettax-il persuna nqatlu minn nhar it-Tlieta ‘l hawn waqt protesti f’Baghdad u bliet oħra fl-Iraq, li qed isiru kontra n-nuqqas ta’ xogħol u servizzi fil-pajjiż fost l-oħrajn. L-aħħar rapporti qed jgħidu li l-Forzi tas-Sigurtà sparaw xi tiri minn armi tan-nar fuq grupp ta’ persuni li allegatament ma rrispettawx restrizzjoni ta’ ħin li ġiet imposta f’Baghdad minħabba d-dimostrazzjonijiet vjolenti fit-toroq.
Dawn qed ikun deskritti bħala l-akbar protesti minn meta Adel Abdul Mahdi nħatar Prim Ministru tal-Iraq sena ilu.
In-Nazzjonijiet Magħquda wrew tħassib serju għall-mod ta’ kif qed tiżvolġi s-sitwazzjoni fil-pajjiż, u ħeġġu lill-awtoritajiet jikkontrollawhom.
Ritratt: BBC News