Skont rapporti fil-midja Amerikana, il-White House illimitat l-aċċess għat-transkrizzjonijiet ta’ numru ta’ telefonati li saru mill-President Amerikan, Donald Trump, ma’ mexxejja barranin.
Uffiċjali qalu li n-noti ta’ telefonati li kellu Trump ma’ diversi mexxejja barranin fosthom il-President Russu, Vladimir Putin u l-Prinċep tas-Sawdi ma ttieħdux bil-mod li jittieħdu normalment.
Il-White House għadha ma weġbitx għal dawn l-akkużi, liema akkużi jsegwu l-bidu tal-ikjesta dwar akkużi oħra tal-integrità tal-President Amerikan.
Kienu d-Demokratiċi li nedew din l-inkesta wara li traskrizzjoni ta’ telefonata li saret f’Lulju kixfet lil Trump li mbotta lill-President Ukren Volodymyr Zelensky biex jinvestiga lill-eks Viċi-President Amerikan, Joe Biden.
Biden huwa kandidat prospetti għall-elezzjoni presidenzjali tas-sena d-dieħla. Nhar il-Ġimgħa li għadda, il-White House ikkonfermat li dawn it-transkrizzjonijiet tpoġġew f’sistema separata fejn tinżam l-informazzjoni klassifikata.