Residenza f’Pembroke nħakmet minn nirien tard ilbieraħ filgaxija.Il-każ seħħ għall-ħabta tat-20:30 fi Triq Monsinjur Alfred Mifsud f’Pembroke meta għal xi raġuni r-residenza nħakmet minn nirien.
Wara ħidma sfieqa mill-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, in-nirien ġew ikkontrollati.
Fortunatament ħadd ma ndarab hekk kif proprju dak il-ħin ħadd ma kien qiegħed fid-dar.