Ftit wara l-11:00 tat-Tlieta filogħdu l-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslitilhom sejħa għall-għajnuna wara li żviluppaw nirien f’residenza privata fi Triq Antonio Ellul fl-Imtarfa. Immedjatament fuq il-post marru numru ta’ vetturi ta’ tifi tan-nar flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.
Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dawn in-nirien madankollu ġiet mitluba l-assistenza medika minħabba li xi residenti belgħu xi dħaħen.