Anzjan ta’ wieħed u tmenin sena u anzjana ta’ sebgħa u sebgħin sena ħelsuha ħafif wara li nqabdu fin-nirien u d-dħaħen li ħakmu lir-residenza tagħhom fil-Ħamrun.
Kien għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Monsinjur De Piro fil-Ħamrun li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċevew sejħa għall-għajnuna wara li residenza nħakmet minn nirien b’sorsi minn fuq il-post spjegaw ma’ ONE News li x’aktarx ġie kkawżat wara ħsarat fil-provvista tal-elettriku.
Fuq il-post issejħet ambulanza bil-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jassistu lir-residenti biex jinżlu mill-gallarija sabiex jevitaw li jgħaddu mid-dħaħen u n-nirien.
Iż-żewġ anzjani ttieħdu b’ambulanza l-isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa għad-dħaħen li belgħu fejn fortunatament ħelsuha ħafif.