Għall-ħabta tat-15.15 residenza fil-Qawra nħakmet min-nirien li l-kawża tagħhom għadha mhix magħrufa. Dan ġara fi Triq il-Baħħara.
Fuq il-post hemm membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li qed jippruvaw jikkontrollaw dawn in-nirien.
Intant żewġ persuni li kienu ġewwa ttieħdu l-isptar Mater Dei: mara ta’ 20 sena minn Birkirkara u raġel ta’ 29 sena minn Ħaż-Żabbar.
Aktar informazzjoni mal-ħin.