Ir-residenti tad-djar tal-anzjani li ma japplikawx għall-vouchers b’mod diġitali, se jirċievu għotja diretta ta’ mitt ewro forma ta’ ċekk jew trasferiti dirett fil-kont bankarju tagħhom.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri f’konferenza tal-aħbarjiet fejn spjega li wara l-ewwel rawnd tal-vouchers, kienu bosta anzjani li qalu li ma jistgħux jużaw il-vouchers minħabba li huwa diffiċli li joħorġu mid-djar tal-anzjani.
Intant, fl-istess konferenza tal-aħbarijiet l-Ministru ħabbar li kienu mal-elfejn anzjan u anzjana li applikaw għall-vouchers b’mod diġitali, u ħeġġeġ lil aktar anzjani sabiex jagħmlu l-istess.
Huwa assigura lill-anzjani li jekk isibu diffikultà sabiex jiksbu dawn il-vouchers b’mod diġitali, dawn xorta waħda se jirċievu l-vouchers permezz tal-posta.