Residenti tal-kapitali tal-Korea t’Isfel, Seoul, qamu maħsuda bil-ħsejjes tas-sireni u appelli għall-evakwazzjoni li dwew madwar il-belt.
Dan l-allarm, iżda, irriżulta li kien falz, u tqanqal mit-tentattiv li għamlet il-Korea ta’ Fuq biex itella’ fl-ispazju satellita li tosserva, iżda li spiċċat iġġarfet fil-baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-belt kapitali tal-Korea ta’ Fuq, Pyongyang, kienet ħabbret pjanijiet biex, sal-11 ta’ Ġunju, ittella’ satellita biex tosserva l-attività militari tal-Istati Uniti.