Midja Ukrena qed tirrapporta li dalgħodu residenti fir-reġjun ta’ Luhansk fil-Lvant tal-Ukrajna qed jiġu mħeġġa jevakwaw b’mod immedjat.
Forzi Ukreni qed jippreparaw għal attakki mir-Russja, hekk kif forzi Russi issa qed jiffokaw l-aktar biex jieħdu taħt idhom Luhansk u Donetsk.
Saħansitra, il-kap tal-amministrazzjoni reġjonali wissa li dan jaf ikun l-aħħar ċans biex ir-residenti jfittxu kenn mill-attakki Russi.
Il-forzi Ukreni ilhom jippreparaw għall-offensiva brutali Russa f’dawn iż-żewġ reġjuni; fil-fatt tliet ijiem qabel ma bdiet l-invażjoni Russa, il-President Russu Vladimir Putin kien irrikonoxxa lil Luhansk u Donetsk bħala reġjuni indipendenti.
Din il-mossa ta’ Putin kienet wasslet biex numru ta’ pajjiżi tal-Punent jimponu l-ewwel sanzjonijiet fuq ir-Russja.