Maċedonjan ta’ 36 sena residenti l-Gżira intbgħat sitt xhur ħabs wara li fil-Qorti wieġeb ħati li kien involut fi skema ta’ stampar ta’ passaporti bil-għan li residenti barranin ikunu jistgħu jibqgħu jirresjedu f’Malta llegalment.
Huwa ammetta l-akkużi relatati ma’ korruzzjoni ta’ uffiċjal pubbliku kif ukoll ta’ ksur tar-regolamenti dwar l-imigrazzjoni.