Il-Kamra tar-Rappreżentanti fl-Istati Uniti, li għandha maġġoranza Demokratika, ivvutat bl-appoġġ Repubblikan, biex ir-rewwixta fil-Capitol tkun investigata minn kummissjoni.
Ħamsa u tletin Repubblikan sfidaw lill-mexxejja tal-partit u l-eks President Donald Trump u appoġġjaw lid-Demokratiċi biex tiġi stabbilista inkjesta.
Trump kien ħeġġeġ lir-Repubblikani biex jivvutaw kontra dik li sejjaħ bħala “nassa tad-Demokratiċi”.
L-inkjesta mistennija tkun simili għal dik li investigat l-attakki tal-ħdax ta’ Settembru fi New York u Washington.
Il-kummissjoni mistennija tkun magħmula minn għaxar membri; ħamsa minn kull partit, li sal-aħħar tas-sena toħroġ b’suġġerimenti dwar kif jista’ jkun evitat attakk simili minn dak bħal tal-Capitol.