Tal-għaqda Repubblika u tal-Occupy Justice ħarġu stqarrijiet fuq il-midja soċjali u ntbagħtu lil midja jifirħu bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-qafas leġislattiv dwar iċ-ċittadinanza b’investiment.
Huma ħarġu jattakkaw lil Prim Ministru Robert Abela u laqgħu d-deċiżjoni tal-Qorti kontra Malta fuq qafas li ħalla kważi biljun u nofs ewro f’ġid għall-poplu Malti u Għawdxi.
Intant aktar qabel, Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Simon Busuttil, David Casa u Roberta Metsola wkoll ħarġu vuċi waħda fuq id-deċiżjoni tal-Qorti, dan f’isem il-Partit Nazzjonalista fejn ftaħru u ferħu li huma kienu wettqu pressjoni biex il-Qorti Ewropea qatgħetha kontra Malta.
Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li l-Gvern baqa’ jaħdemfavur l-interess tal-Għawdxin u l-Maltin billi filwaqt li tiġi rispettata d-deċiżjoni tal-Qorti, fl-istess waqt u b’mod immedjat, il-pajjiż se jara li jkollu qafas li jkun konformi mas-sentenza biex b’hekk il-poplu jibqa’ jgawdi mill-ġid kbir iġġenerat.