L-għaqda Repubblika permezz ta’ Jason Azzopardi ħarġet tattakka lill-Avukat Ġenerali u fl-attakk semmiet ukoll lill-Avukat tal-Istat.
Dan sar permezz ta’ protest ġudizzjarju li Repubblika fetħet permezz ta’ Jason Azzopardi.
Jason Azzopardi sejjaħ lill-Avukat Ġenerali bħala forċina għall-kriminali u fuq il-profil tiegħu fuq facebook għajjarha maħmuġa u laħam mibjugħ.
Dan kollu wara li l-Avukat Ġenerali tat partijiet mir-rapport tal-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella li jirrigwardjaw lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Dr Muscat mistenni jitressaq b’ċitazzjoni akkużat b’akkużi ta’ tixħim, frodi u korruzzjoni wara inkjesta maġisterjali li damet erba’ snin u nofs fuq il-konċessjoni tal-isptarijiet.
Inkjesta li fiha ngħataw €11-il miljun f’direct orders, fosthom spejjeż fuq dawk imsejħa esperti minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.
Għall-akkużi li qed jitpoġġew, Dr Muscat ċaħad b’mod kategoriku u pubblikament qal li jħares ’il quddiem li jġib fix-xejn kull akkuża miġjuba kontrih.
L-attakk fuq l-Avukat Ġenerali sar ukoll mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, b’Robert Aquilina għal Repubblika l-ewwel li jispara l-kanuni, jissiġilla ħuh, id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina mbagħad il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech isegwi l-istruzzjonijiet kif ammetta din il-ġimgħa stess.
Qal, “Għandna timeline, napprezza u tapprezza li dak it-timeline aħna sejrin insegwuh skont id-direzzjonijiet u skont ukoll il-prijoritajiet li aħna jkollna.”