Ta’ Repubblika reġgħu kienu għal-laqgħat fid-Dar Ċentrali għal-laqgħat mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech.
Dawn huma laqgħat li fihom tkun saħansitra diskussa strateġija politika tant li għaliha attendew Ray Bezzina u Chris Peregin, dawk li Bernard Grech għażel bħala strateġisti tiegħu.
Laqgħat bħal dawn diġà saru bil-moħbi fl-aħħar ġimgħat iżda wara li nkifxu li ltaqgħu bil-moħbi din id-darba kien hemm qbil li l-laqgħa aħjar tkun pubbliċizzata mill-ewwel.
Għalhekk ta’ Repubblika tellgħu komunikat fuq il-midja soċjali mill-ewwel.
Dan sar anke għaliex il-Partit Nazzjonalista bħalissa qed ikollu ħruġ ta’ informazzjoni kontinwa f’dak li hu meqjus bħala sinjal qawwi ta’ sfiduċja minn nies minn ġewwa fid-deċiżjonijiet li qed jieħu Bernard Grech.
In-nies ta’ Repubblika huma dawk li qrib tagħhom fil-Partit Nazzjonalista hemm dawk li għamlu lil Bernard Grech Kap tal-Partit Nazzjonalista u għalhekk huwa obbligat lejhom.
B’sorsi fil-Partit Nazzjonalista jispjegaw għal iktar minn darba li ftit jista’ jagħmel mod ieħor għajr li jogħġob lilhom u d-deputati tagħhom fuq quddiem nett; Jason Azzopardi, Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami fost oħrajn.
Fl-aħħar jiem tar-Repubblika organizzaw protesta barra d-Depot fejn evidentament kien hemm l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech.
Fil-protesta kien hemm saħansitra ħu Beppe Fenech Adami, Michael Fenech Adami li fl-aħħar jiem tela’ mkaxkar fl-eżekuttiv tal-partit, anki permezz ta’ imbuttatura mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.