Il-koalizzjoni taċ-Ċentru Lemini bl-isem ta’ Flimkien jidher li rebħet l-elezzjonijiet ġenerali fir-Repubblika Ċeka.
Dan skont l-ewwel riżultati minn stħarriġ ta’ wara l-elezzjoni li ġrat bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.
Din il-koalizzjoni jidher li għelbet il-Partit Konservattiv, bl-isem ta’ ANO immexxi mill-Prim Ministru Andrej Babiš.
Il-koalizzjoni taċ-Ċentru Lemini ġabet kważi 28%, filwaqt li l-partit ta’ Babis ġab ftit iżjed minn 27%.
Din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Babiš kien f’kontroversja sħiħa, hekk kif huwa ssemma fil-Pandora Papers.
Hawnhekk ħareġ kif huwa uża kumpaniji sigrieta barra pajjiżu biex bihom xtara proprjetà lussuża ta’ 13-il miljun sterlina, fin-nofsinhar ta’ Franza.
Riċentament, il-Gvern ta’ Babiš kellu ħafna swaba’ ppuntati lejh dwar l-użu ħażin ta’ fondi Ewropej, iżda fl-Unjoni Ewropea kien sab l-appoġġ tal-Partit Popolari Ewropew.
Għada Babiš mistenni jiltaqa’ mal-President Ċek Milos Zeman.