L-ispettaklu kbir tan-nar li jsir lejliet il-festa tal-Madonna tas-Sokkors li tiġi ċċelebrata kull tieni Ħadd ta’ Lulju, f’Kerċem, Għawdex, saret appuntament annwali għal bosta.
Din is-sena, l-Għaqda tan-nar Kerċem, qed tħejji għall-ħames edizzjoni ta’ Flames Across the Meadows li bħal kull sena, tinkludi spettaklu kbir tan-nar sinkronizzat mal-mużika.
Barra minn hekk, wieħed jista’ jistenna diversi sorpriżi.
Sfond għal dan l-ispettaklu tan-nar, din is-sena se jkun hemm t-Tower Bridge, torri famuż fl-Londra.
It-torri hu magħmul mill-membri tal-għaqda, bl-injam u hu wiesa’ 150 pied, u għoli 35 pied.
L-Għaqda Nar Kercem tixtieq tirringrazzja lil Ministeru għal Għawdex u lill-membri kollha tagħha għall-għajnuna tagħhom.
Dan l-ispettaklu uniku se jkun fit-8 ta’ Lulju, fl-10:45p.m. fi Triq Kalandrijiet f’Kerċem.
Il-parkeġġ se jkun b’xejn u se jkun hemm ukoll mejda minn fejn jista’ jinxtara ikel u xorb.