Wieħed miż-żgħażagħ mixli li qatel omm mir-Renju Unit, meta daħal fir-residenza tagħha fl-Awstralja, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Emma Lovell, ta’ 41 sena, allegatement qalgħet daqqa ta’ sikkina meta ikkonfrontat liż-żgħażagħ li daħlu fir-residenza tagħha, allegatament biex jisirqu, fis-26 ta’ Diċembru, tal-2022.
Żewġha, wkoll sofra xi ġrieħi f’dan l-attakk.
L-adoloxxenti, li isimhom ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, minħabba li kellhom 17-il sena meta seħħ ir-reat, qed jiġu mixlija b’4 akkużi.
Iż-żagħżugħ li allegatament uża s-sikkina fl-inċident, wieġeb ħati għall-akkużi ta’ serq, li wettaq att malizzjuż, u li kkawża ġrieħi.
L-imputat, li issa għandu 18-il sena, inżamm arrestat, u s-sentenza tiegħu hija mistennija li tingħata f’Mejju.
Il-vittma, Emma Lovell, kienet emigrat mill-Awstralja, sabiex tibni ħajja aħjar għal familtha fir-Renju Unit.
Il-mewt tagħha, rat l-introduzzjoni ta’ liġijiet aktar b’saħħithom b’rabta ma’ reati mwettqa miż-żgħażagħ, fl-istat ta’ Queensland.
Żewġha, ddeskriviha bħala mara li taħdem qatigħ, u omm mill-aqwa ta’ żewġ ulied – li kellhom 13 u 15-il sena, meta seħħ id-delitt.