Fir-Renju Unit ‘l fuq minn mitt skola kellha tagħlaq partijiet li ma humiex siguri għall-istudenti minħabba konkos diffettuż li m’għandux miżuri ta’ sigurtà.
Din is-saga fir-Renju Unit bdiet wara li l-ġimgħa li għaddiet, meta ċeda travu fi skola li kien stmat li huwa wieħed sigur.
Dan l-inċident s’issa wassal ukoll biex mal-erbgħa u għoxrin skola tingħalaq kompletament. Il-ġenituri fir-Renju Unit qegħdin juru d-diżappunt tagħhom hekk kif is-sena skolastika kienet se tibda l-ġimgħa d-dieħla u ġiet posposta minn tal-inqas għall-ħdax ta’ Settembru.