Fir-Renju Unit, il-prezzijiet tal-enerġija għolew b’54% f’jum wieħed.
Ir-regolatur tal-prezzijiet tal-enerġija fir-Renju Unit jistenna li din iż-żieda mhux mistennija tkun ta’ darba.
Din id-deċiżjoni t’għoli mas-smewwiet tal-prezzijiet tal-enerġija mistennija tolqot 22 miljun familja Ingliża.
Il-prezz tal-gass għall-konsumaturi wkoll għola u ż-żieda fil-prezz mistennija tammonta għal kważi seba’ mitt sterlina fis-sena.
Il-Kanċillier Rishi Sunak ekwivalenti għall-Ministru tal-Finanzi tal-Gvern Ingliż qal li l-Gvern Ingliż se jagħti skont ta’ mitejn sterlina fuq kont tal-enerġija madankollu sostna li mhux se jkun qed inaqqas it-taxxa fuq il-prezzijiet tal-fjuwil.
Il-kriżi tal-enerġija laqtet lill-Ewropa fi żmien li d-dinja qed tibda tirkupra mill-pandemija.
Dan wara li żdiedet f’daqqa d-domanda għall-enerġija.
Diversi pajjiżi fl-Ewropa raw żidiet qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija, familji spiċċaw jagħżlu jixtrux l-affarijiet bażiċi tal-ikel bħall-kartuna ħalib jew isaħħnux djarhom.
F’Malta l-Gvern baqa’ jassigura prezzijiet stabbli tal-enerġija u fil-fora internazzjonali, f’Kunsilli Ewropej, il-Gvern Malti għamel pożizzjoni b’saħħitha mal-istati membri.
Dik li ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija ma għandhiex tintefa’ fuq il-poplu.
Il-Prim Ministru tenna, “Hemmhekk pajjiżna poġġa l-pożizzjoni tiegħu ċara li aħna ser nibqgħu nappoġjaw lin-nies tagħna u lin-negozji tagħna, fil-kuntest tar-realtajit partikolari li għandu pajjiżna. Dan kien messaġġ li wassalnieh bis-saħħa tant hu hekk li kien rifless ukoll fil-konklużjonijiet tal-Kunsill.”