Malta se tkun qed tassigura relazzjoni b’saħħitha mar-Renju Unit, anke wara Brexit. Dan stqarru id-Deputat Prim Ministru Louis Grech matul laqgħa li kellu mal-Kummissarju Għoli Brittaniku Stuart Gill.
Id-deputat Prim Ministru spjega li għalkemm Malta iddispjaċiha għad-deċiżjoni li r-Renju Unit ma jibqax membru tal-Unjoni Ewropea, xorta waħda l-Gvern se jkun qed jassigura relazzjoni tajba bejn Malta u r-Renju Unit, b’relazzjonijiet bilaterali f’bosta setturi se jibqgħu.
Fi kliemu huwa stqarr li minkejja dan it-tluq, ir-Renju Unit xorta waħda se jkollu relazzjoni b’saħħitha mal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissarju Brittaniku stqarr li BREXIT huwa proċess diffiċli u spjega r-raġunijiet wara li l-Gvern Ingliż qed ikun kawt fid-deċiżjonijiet tiegħu, hekk kif ir-Renju Unit kellu jfassal relazzjoni ġdida mal-Unjoni Ewropea.