Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici ħabbar li s-sena l-oħra, inkiser ir-rekord tan-numru ta’ viżitaturi fis-siti storiċi: 1,287,585. Dawn iġġeneraw l-akbar ammont ta’ flus fi dħul għal Heritage Malta.
Huwa qal li dan id-dħul għamel tajjeb għat-telf li sofriet Heritage Malta wara li ngħalaq il-Palazz tal-President minħabba l-Presidenza Ewropea u mill-għeluq tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni sakemm sar ir-restawr.
Il-ministru Bonnici qal li jemmen f’aktar open days biex anke l-Maltin u Għawdxin, kbar u żgħar, ikunu jistgħu jżuru il-wirt storiku li għandna.
Huwa jixtieq li Heritage Malta tkompli tirriġenera ruħha u pass għal dan il-għan huwa l-ftehim ma’ Google fejn taħt Arts and Culture diġà hemm siti arkeoloġiċi Maltin biex jarahom kulħadd.
Meta tkellem dwar s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, il-Ministru Bonnici qal li waqt li fl-2015 eżaminat 1,099 applikazzjoni għal żvilupp, is-sena l-oħra eżaminat 5,412 – uħud minnhom ta’ żvilupp f’siti ta’ importanza kbira.
L-għadd ta’ impjegati kwalifikati kważi rdoppja u s-sena d-dieħla se jiżdiedu b’sebgħa oħra.
Fl-2016, il-gvern ta lil Wirt Artna għadd ta’ proprjetajiet bħala ftehim ta’ kurazzija b’għadd ta’ kundizzjonijiet. Is-Sovrintendenza tieħu wkoll ħsieb is-sejba ta’ siti arkeoloġiċi, fosthom oqbra u katakombi.
Fl-2016, ġew inawgurati tliet proġetti – il-Mitħna ta’ Kola fix-Xagħra, il-katakombi ta’ Bistra tal-Mosta, u l-Mużew tal-Folklore fiċ-Ċittadella. Il-Muża b’9 miljun ewro, huwa flagship ta’ Valletta 18
Sar il-mużew reġjonali f’Għawdex b’fondi ta’ 5 miljun ewro. Ir-riabilitazzjoni tal-Mużew tal-President, b’investiment ta’ 10 miljun ewro, se jibda kif tispiċċa l-presidenza.
Ir-restawr tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni sewa 5 miljun ewro.
Il-Ministru Bonnici qal li l-monument lil Dom Mintoff li se jkun inawgurat din is-sena. Huwa rringrazzja lill-familja Mintoff li kkoperat ħafna.
Miexi wkoll ir-restawr fuq diversi mużewijiet ta’ Heritage Malta, bħall-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birġu.
Huwa qal li survey li sar dan l-aħħar wera li 91 fil-mija attendew xi attività kulturali, l-aktar il-festi, il-karnival u wara l-mużewijiet u siti storiċi. L-attenda minn 30 fil-mija telgħet għal 38 fil-mija f’ħames snin