It-temperaturi fin-North Pole mistennija jogħlew sa’ għoxrin grad aktar minn kemm hija l-medja, illum lejliet il-Milied.
Xjentisti qed isejħulha heatwave rekord, u l-aħbar hija kerha għaliex jemmnu li hija kollha frott l-indħil tal-bniedem li qed iwassal għat-tisħin fil-klima.
Tul Novembru u Diċembru, it-temperaturi kienu ħames gradi celcius ogħla mill-medja għal dawn iż-żminijiet.
It-twissija hija ċara: jekk heatwave ta’ dan it-tip tibda tiġri spiss, se jkun hemm stress qawwi fuq l-ekosistemi naturali.