Għall-ewwel darba fix-xahar ta’ Ottubru, il-moviment tal-passiġġiera fl-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta qabeż il-mira ta’ 800,000 passiġġier, hekk kif intlaħaq in-numru ta’ rekord ta’ 838,393 passiġġier.
Fi stqarrija ntqal li t-traffiku tal-passiġġiera żdied bi 8.7 fil-mija f’Ottubru, meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.
L-Italja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja ddominaw il-lista tal-aktar swieq turistiċi importanti għall-Malta, f’dan ix-xahar, hekk kif flimkien dawn kienu responsabbli għal iżjed minn 50 fil-mija tal-moviment tal-passiġġiera f’Ottubru.
Filwaqt li Franza u l-Polonja kienu r-raba’ u l-ħames l-akbar swieq, rispettivament.