Fi Franza ġew rrapurtati 833 każ ġdid ta’ mwiet f’erbgħa u għoxrin siegħa kawża tal-Coronavirus. Din hija l-ogħla rata ta’ mwiet minn mindu bdiet it-tifqiegħa tal-Coronavirus.
It-total ta’ persuni li rriżultaw fil-pożittiv u mietu kien dak ta’ 8,911 filwaqt li n-numru ta’ infettati kien dak ta’ 98,010.
Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż Olivier Véran żied jgħid li sat-Tnejn filgħaxija kien hemm 605 persuna li mietu fl-isptarijiet filwaqt li 228 oħra mietu fid-djar residenzjali rispettivi tagħhom.
Min-naħa l-oħra, fuq nota pożittiva n-numru ta’ persuni li qed jiġu ttrattati fit-taqsima tal-kura intensiva tela b’1.3% biss.
Minkejja dawn il-figuri Veran baqa jsostni bl-appell li kullħadd jibqa’ f’daru u jkompli jsegwi l-istruzzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-saħħa.