Il-Malta Freeport Terminal wettqu rekord ta’ 14,600 moviment ta’ kontejners tal-għoxrin pied fuq il-mega containership Palais Royal.
Dan il-vapur tal-merkanzija huwa twil 400 metru u kapaċi jġorr b’kollox 23,000 kontejner tal-għoxrin pied.
Fil-fatt, il-Palais Royal daħal fil-Port Ħieles fis-sitta ta’ Diċembru u bħalissa jinsab fi triqtu lejn Marsilja.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Freeport Alex Montebello, tenna s-sodisfazzjon għal dan it-tragward importanti u sostna l-kburija tiegħu bil-kollegi tiegħu hekk kif irrimarka li dan ir-rekord ta’ movimenti tal-kontejners irrikjeda ammont kbir ta’ ippjanar, ħila u determinazzjoni.
Il-Malta Freeport Terminals investa iktar minn €320 miljun f’infrastruttura, apparat u teknoloġija ġdida. Dan joffri s-servizzi tiegħu lil 115 il-port minn madwar id-dinja b’50 minnhom jinsabu fil-Mediterran.