Il-Ġermanja rreġistrat l-ogħla numru ta’ infezzjonijiet ta’ COVID-19 f’ġurnata minn kemm ilha li faqqgħet il-pandemija.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ġew irrappurtati kważi erbgħa u tletin elf każ fil-Ġermanja u l-Ministru għas-Saħħa tal-pajjiż sejjaħ dan il-jum bħala “pandemija ta’ nies mhux imlaqqma”.
Fil-Ġermanja, sittax-il miljun ċittadin għadhom ma tlaqqmux.
Minkejja dan in-numru għoli ta’ infezzjonijiet, in-numru ta’ nies li ġew bżonn kura intensiva fl-isptarijiet xorta għadu baxx.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wissiet dwar aktar imwiet fl-Ewropa fix-xhur li ġejjin.