Is-sena li għaddiet saru 62,635 intervent fl-Isptar Mater Dei, li tfisser żieda ta’ 6% fin-numru ta’ interventi li saru.
Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela waqt laqgħa mal-istaff ta’ Mater Dei, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela. Huwa apprezza d-dedikazzjoni u l-ħidma tal-ħaddiema, li matul is-sena li għaddiet kien hemm żieda kbira fl-interventi li saru.
Tenna li biex tkompli tissaħħaħ il-kura f’Malta, għandu jkun hemm djalogu bejn il-ħaddiema tal-Isptar u dawk li jaħdmu fil-Kura Primarja.
Dwar l-espansjoni fl-infrastruttura fl-Isptar Mater Dei, Dr Abela spjega l-proġett tat-tkabbir f’diversi dipartimenti fosthom tal-Emerġenza u l-Kura Intensiva u fl-oqsma tal-ostetrija u l-NPICU, kif ukoll il-koperazzjoni mas-settur privat li għandha twassal għal servizz fejn il-pazjent jirċievi kura f’waqtha.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/08123841/WhatsApp-Image-2025-02-08-at-11.30.24-1024x682.jpeg)