Ir-reġistru tal-avjazzjoni Malti tela’ għal disa’ mitt ajruplan, hekk kif f’għaxar snin, l-ajruplani rreġistrati Malta żdiedu b’mija ħamsa u tletin fil-mija.
Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett meta kien qed jindirizza l-konferenza MACE, li tittratta s-settur tal-avjazzjoni.
Dan hekk kif fl-elfejn u erbatax, l-ajruplani Maltin kienu jammontaw għal mija erbgħa u sebgħin, waqt li din is-sena, l-ajruplani rreġistrati telgħu għal disa’ mija u sebgħa.
Fid-diskors tiegħu f’din il-konferenza, il-Ministru Bonett sostna li b’qafas leġiżlattiv b’saħħtu, pajjiżna qed jirnexxilu jkompli jattira aktar investiment minn settur tant kruċjali għall-ekonomija.
F’dan l-isfond il-Ministru qal li fis-snin riċenti, Malta rnexxilha tattira fost l-akbar ismijiet fl-industrija. Fost dawn hemm: Easyjet, Ryanair, Wizz Air u Lufthansa.