L-Erbgħa 20 ta’ Diċembru 2023, l-Iskola Sekondarja taż-Żejtun, fi ħdan il-Kulleġġ St. Thomas More, kisret rekord Nazzjonali b’kalzetta magħmula minn injam, wire, ħadid, plastik u drapp b’dawn il-qisien:
9m għoli;
6.20m qiegħ;
4m fejn jinqafel il-lazz;
7m minn fuq sal-lazz;
3.5m fejn tidħol is-sieq;
5.5m mil-lazz sa fuq;
1.07m fond.
Dan ir-rekord Nazzjonali wassal fit-tmiem villaġġ tal-Milied b’risq id-Dar tal-Providenza li beda nhar it-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2023 fl-istess skola.
Fil-kazzetta tpoġġew ukoll rigali għar-residenti tad-Dar.
Is-Sur Jeffrey Saliba mill-Malta Records ippreżenta ċertifikat lill-Kap tal-Iskola, s-Sur Adrian Galea bħala konferma tal-ksur ta’ dan ir-rekord Nazzjonali.