Ir-residenti ta’ Birżebbuġa kisru r-rekord nazzjonali tal-akbar struttura ta’ siġar tal-Milied bl-aktar amont ta’ bozoz u dawl sinkronizzat.
Ilbieraħ filgħaxija, il-pjazza tal-lokalità nbidlet f’villaġġ tal-Milied, b’24 siġra armati għoljin 40 metru, b’6.8 kilometru ta’ dawl u 68,000 bozza. L-istrutturi tal-ħadid inħadmu mill-għaqda tal-armar tal-Parroċċa bil-kontribuzzjoni u d-dedikazzjoni t’għexieren ta’ voluntiera.
Dawn is-siġar se jkomplu jpaxxu l-għajn ta’ min iżur il-pjazza ta’ Birżebbuġa llejla, fejn hemm ukoll żona ddedikata għat-tfal fejn ikunu jistgħu, fost l-oħrajn, jitgħallmu jagħmlu l-pasturi. Se jkun hemm ukoll spettaklu ta’ mużika u kant f’attivitajiet maħsuba għall-familja kollha.
Dan ir-rekord isegwi s-suċċess tas-sena li għaddiet li rnexxielhom jiksbu r-residenti tal-istess lokalità, meta ramaw l-itwal siġra tal-Milied f’Malta b’għoli ta’ 7 sulari.