F’ġuri rekord li nqata’ f’jum wieħed quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, żewġ persuni nħelsu minn kull akkuża b’rabta ma’ każ li seħħ fl-2012.
Żewġ akkużati nħelsu minn akkużi marbuta ma’ stupru vjolenti aggravat.
Wieħed mill-irġiel kien ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-7 u t-8 ta’ Jannar tal-2012, f’lukanda f’San Pawl il-Baħar, bi vjolenza kkommetta stupru fuq mara li kien jaf minn qabel u li kienet fil-karozza miegħu u ma’ raġel ieħor ftit qabel.
Dakinhar, mara kienet rikbet mal-akkużati u waqfet tieħu kafè f’Baystreet sakemm l-akkużati marru jġibu xi fjuwil wara li waqfitilhom il-karozza.
Ingħad li l-akkużati krew kamra għal lejl wieħed peress li l-karozza ma riditx tistartja.
Fil-Qorti nstema’ kif iż-żewġt irġiel neżgħu ħwejjiġhom, daru fuqha u neżżgħuha, u minkejja li bdiet tipprova tirreżisti biex ma tħallihomx, l-akkużati baqgħu jippersistu.
Wadi ġiet akkużata b’kompliċità fir-reat.
Il-Qorti nnutat li l-Prosekuzzjoni setgħet ressqet provi oħra biex tissostanzja l-akkużi tagħha, bħar-receptionist tal-lukanda, is-social workers li allegatament tkellmet magħhom il-mara li qalet li ġiet stuprata, l-allegat għarus tagħha, u filmati minn kameras tas-sigurtà fejn kienu l-akkużati fil-lejl inkwistjoni.
Il-Qorti qalet li dan kien nuqqas kbir min-naħa tal-Prosekuzzjoni li għen biex l-akkużati ma nstabux ħatja tal-akkużi.